24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/54
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Settembru 2014 – DM vs ORECE
(Kawża F-35/12) (1)
((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ - Viżta medika ta’ reklutaġġ - Artikolu 100 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Riżerva medika - Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova - Talbiet għal annullament li ma għadx għandhom skop mingħajr għan - Impożizzjoni ta’ riżerva medika mar-reklutaġġ tal-persuna kkonċernata minn aġenzija oħra tal-Unjoni Ewropea - Assenza ta’ effett - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))
2014/C 421/75
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: DM (rappreżentanti: inizjalment minn D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati, sussegwentement minn D. Abreau Caldas, J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati)
Konvenut: Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (rappreżentanti: M. Chiodi, aġent, D. Waelbroeck, A. Duron, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiġi applikata klawżola medika ta’ riżerva fir-rigward tar-rikorrent mid-dħul tiegħu fil-kariga u tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
2)
Il-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż esposti minn DM.
(1) ĠU C 138, 12.05.2012, p. 37
Full & Egal Universal Law Academy