16.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/32
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2012 — BT vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-45/12) (1)
(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt - Rikors immotivat insuffiċjentement - Rikors manifestament inammissibbli)
2013/C 46/63
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BT (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: N. Visan, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Servizz pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma ġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent bħala membru tal-persunal bil-kuntratt.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
BT għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 200, 07.07.2012, p. 21.
Full & Egal Universal Law Academy