21.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 377/23
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 — CA vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-60/12) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Espożizzjoni tal-motivi invokati - Rikors manifestament inammissibbli)
2013/C 377/53
Lingwa tal-kawża:l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: CA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: E. Guerrieri Ciaceri, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma tattribwixxix 6 punti ta’ promozzjoni lir-rikorrenti għall-proċedura ta’ promozzjoni 2011 u t-talba għal attribuzzjoni tal-punti neċessarji għall-promozzjoni tagħha għall-grad AST 2 b’effett retroattiv
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
CA għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 243, 11.08.2012, p. 34.
Full & Egal Universal Law Academy