25.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 147/35
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Frar 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-67/12) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors għad-danni - Illegalità - Komunikazzjoni ta’ posta elettronika dwar l-eżekuzzjoni ta’ sentenza lir-rappreżentant tar-rikorrent fl-appell mill-imsemmija sentenza - Rikors manifestament infondat fid-dritt - Artikolu 94(a) tar-Regoli tal-Proċedura)
2013/C 147/66
Lingwa tal-kawża:it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentanti: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser, G. Gattinara, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex jinkiseb kumpens minħabba l-fatt li l-konvenuta kienet bagħtet ittra li tirrigwarda lir-rikorrent lil avukat li ma għadux jirrappreżentah f’din il-kawża.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.
(2)
L. Marcuccio għandu jbati, barra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(3)
L. Marcuccio huwa kkundannat iħallas lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku s-somma ta’ EUR 2 000.
(1) ĠU C 311, 13.10.2012, p. 16.
Full & Egal Universal Law Academy