31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/51
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Mejju 2013 Alsteens vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-87/12) (1)
(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Tiġdid ta’ kuntratt - Annullament parzjali - Bidla)
2013/C 252/94
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Geoffroy Alsteens (Marcinelle, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis, É. Marchal, A. Coolen u D. Abreu Caldas, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li jiġi limitat il-perijodu ta’ tiġdid tal-kuntratt tar-rikorrent.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
G. Alsteens għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 319, 20.10.2012, p. 19.
Full & Egal Universal Law Academy