31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/51
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2013 Marrone vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-89/12) (1)
(Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Prinċipju ta’ ekwivalenza tal-karrieri - Klassifikazzjoni fi grad skont regoli ġodda inqas favorevoli - Talba għal klassifikazzjoni mill-ġdid - Tardività - Fatti ġodda - Assenza - Inammissibbiltà manifesta)
2013/C 252/95
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Stefania Marrone (Wezembeek-Oppem, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot, u A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, bħala aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tikklassifikax mill-ġdid lir-rikorrenti.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
S. Marrone għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 331, 27.10.2012, p. 33
Full & Egal Universal Law Academy