18.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/52
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2016 – Verile vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-108/12) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Trasferiment lill-iskema tal-Unjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba fl-iskema nazzjonali - Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz - Rikors - Annullament - Appell - Klassifikazzjoni mill-ġdid tat-talbiet għal annullament tal-proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz - Interpretazzjoni tat-talbiet għal annullament intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni li tirrikonoxxi akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz wara t-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni - Ċaħda tat-talbiet - Sentenza fl-appell li tikseb l-awtorità ta’ res judicata - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))
(2016/C 260/64)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Marco Verile (Cadrezzate, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment D. De Abreu Caldas, A. Coolen, É. Marchal, S. Orlandi u J.-N. Louis, avukati, sussegwentement D. de Abreu Caldas, S. Orlandi u J.-N. Louis, avukati, sussegwentement S. Orlandi u J.-N. Louis, avukati, u finalment J.-N. Louis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Martin u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement G. Gattinara, aġent, u finalment G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni, deċiżjoni li tapplika d-DĠI (dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni) l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Dispożittiv
1)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fil-kawża F-108/12. Verile vs Il-Kummissjoni.
2)
Marco Verile u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 78 tal-18.12.2012, p. 34.
Full & Egal Universal Law Academy