16.2.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 46/32
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Diċembru 2012 — Scheidemann vs Il-Parlament
(Kawża F-109/12)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Trasferiment interistituzzjonali waqt il-proċedura ta’ promozzjoni li matulha l-uffiċċjal kien jista’ jiġi promoss fl-istituzzjoni ta’ oriġini tiegħu - Talba li jibbenefika minn promozzjoni retroattiva - Deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda li seħħet wara d-deċiżjoni impliċita - Terminu għall-ilment - Tardività - Inammissibbiltà manifesta)
2013/C 46/65
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Sabine Scheidemann (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Parlament Ewropew
Suġġett
Uffiċjal pubbliku — Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li tiċħad it-talba tar-rikorrenti li tiġi promossa retroattivament mill-1 Jannar 2010.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli
(2)
S. Scheidemann għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy