31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/52
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tal-25 ta’ Ġunju 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-115/12) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors għad-danni - Eċċezzjoni ta’ rikors parallel - Inammissibbiltà manifesta)
2013/C 252/96
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: L. Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, bħala aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba għal kumpens għad-danni li r-rikorrent allega li sofra b’konsegwenza tal-ittra tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-irtirar tas-somma ta’ EUR 4 875 korrispondenti għall-ispejjeż li r-rikorrent kien ikkundannat għalihom mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-241/03.
Dispożittiv tad-digriet
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż esposti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 26, 26.1.2013, p. 71.
Full & Egal Universal Law Academy