21.12.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 377/23
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2013 — Palleschi vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-123/12) (1)
(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal awżiljarju - Artikolu 3c tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - Talba għall-klassifikazzjoni mill-ġdid f’kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat - Rikors manifestament infondat fid-dritt)
2013/C 377/55
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Maria-Pia Palleschi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrenti sabiex il-kuntratt tagħha ta’ membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt jiġi klassifikat mill-ġdid bħala kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.
(2)
M-P. Palleschi għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 389. 15.12.2012, p. 9.
Full & Egal Universal Law Academy