8.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/35
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-127/12)
(Servizz pubbliku - Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors ippreżentat permezz ta’ fax fit-terminu għall-preżentata tar-rikors miżjud bit-terminu ta’ distanza ta’ għaxart ijiem - Rikors ippreżentat permezz ta’ posta elettronika fl-għaxart ijiem ta’ wara - Assenza ta’ identiċità bejn wieħed u l-ieħor - Tardività tar-rikors)
2014/C 71/69
Lingwa tal-kawża:it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Talba għall-annullament tar-rifjut li jiġi kkumpensat id-dannu li huwa kien issubixxa minħabba li ntbagħat tard id-dokument imsejjaħ “bill of lading” relatat mat-trasport tal-proprjetà personali tiegħu minn Luanda (l-Angola), fejn huwa kien assenjat, sal-Italja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy