25.5.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 147/35
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Marzu 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-131/12)
(Servizz pubbliku - Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors ippreżentat permezz ta’ faks fit-terminu għall-preżentata ta’ rikors - Firma bil-miktub tal-avukat differenti minn dik li tidher fuq l-oriġinal tar-rikors mibgħut bil-posta - Tardività tar-rikors - Inammissibbiltà manifesta)
2013/C 147/68
Lingwa tal-kawża:it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Talba għall-annullament tar-rifjut ta’ ħlas ta’ kumpens għal dannu li huwa allegatament sofra minħabba rtirar mhux volontarju tar-rikorrent flimkien ma’ talba għad-danni.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy