8.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/36
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-145/12)
(Servizz pubbliku - Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors ippreżentat bil-faks fit-terminu għall-preżentata tar-rikors miżjud bit-terminu ta’ għaxart ijiem għal raġunijiet ta’ distanza - Rikors ippreżentat bil-posta fl-għaxart ijiem ta’ wara - Assenza ta’ identiċità bejn wieħed u l-ieħor - Tardività tar-rikors)
2014/C 71/71
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba tar-rikorrent fir-rigward taż-żieda tal-pensjoni tal-invalidità tiegħu.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
(2)
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.
Full & Egal Universal Law Academy