Kawża F-146/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Awwissu 2016 – Mommer vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Trasferiment lejn is-sistema tal-pensjoni tal-Unjoni ta’ drittijiet tal-pensjoni akkwistati minn sistemi oħra tal-pensjoni — Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz — Att li jikkawża preġudizzju — Inammissibbiltà manifesta tar-rikors)
C3642016MT4320120160802MT0054432442
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Awwissu 2016 – Mommer vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-146/12) ( 1 )
“(Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Trasferiment lejn is-sistema tal-pensjoni tal-Unjoni ta’ drittijiet tal-pensjoni akkwistati minn sistemi oħra tal-pensjoni — Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz — Att li jikkawża preġudizzju — Inammissibbiltà manifesta tar-rikors)”2016/C 364/54Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Anne Mommer (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u D. de Abreu Caldas, avukati, sussegwentement minn S. Orlandi, J.-N. Louis u D. de Abreu Caldas, avukati, u finalment minn S. Orlandi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummisjsoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Martin u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement J. Currall u G. Gattinara, aġenti, u finalment G. Gattinara, aġent)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni marbuta mat-transferiment ta’ drittijiet tal-pensjoni tar-rikorrenti lejn is-sistema tal-pensjoni tal-Unjoni, liema deċiżjoni tapplika id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda marbuta mal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.
2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
( 1 ) ĠU C 26, 26.01.2013, p. 78.
Full & Egal Universal Law Academy