10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/66
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-149/12) (1)
((Servizz pubbliku - Invalidità - Allowance tal-invalidità - Tnaqqis fuq l-allowance tal-invalidità))
2014/C 395/81
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tal-irkupru kull xahar tas-somma ta’ EUR 500 mnaqqsa mill-allowance tal-invalidità tar-rikorrent minn April sa Ġunju 2012.
Dispożittiv tad-digriet
1)
Ir-rikors huwa miċħud, parzjalment, bħala manifestament inammissibbli u, parzjalment, bħala manifestament infondat.
2)
L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 108, 13.04.2013, p. 38.
Full & Egal Universal Law Academy