23.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/22
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża F-6/12)
2012/C 184/46
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: C. Dony, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma taċċettax it-talba tar-rikorrent fir-rigward tad-deċiżjoni li tirrifjutalu l-għoti tal-allowance ta’ espatrijazzjoni.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-11 ta’ Ottubru 2011 tal-Awtorità tal-Ħatra li ma taċċettax it-talba tar-rikorrenti fuq il-bażi tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tad-deċiżjoni tal-24 ta’ Mejju 2011 li tirrifjutalu l-għoti tal-allowance ta’ espatrijazzjoni.
—
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy