3.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/28
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2012 — ZZ vs EASA
(Kawża F-8/12)
2012/C 65/56
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: B.-H. Vincent, avukat)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrent u l-kumpens għad-dannu allegatament subit minħabba din it-tkeċċija u l-allegat fastidju.
Talbiet tar-rikorrent
—
jikkundanna lill-EASA għas-somma ta’ EUR 1 514 257,48 bħala kumpens għad-danni ekonomiċi u mhux ekonomiċi marbuta mat-telf tal-kariga tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju, flimkien mal-interessi bir-rata legali li jiddekorru mid-data li fiha jsiru dovuti;
—
jikkundanna lill-EASA għas-somma stabbilita ex aequo et bono għal EUR 500,00 għal kull jum bejn il-31 ta’ Mejju 2010 u l-jum tan-notifika tad-deċiżjoni bħala kumpens għad-danni kollha li jirriżultaw minħabba fastidju mwettaq mill-uffiċjali tagħha, flimkien mal-interessi bir-rata legali li jiddekorru mid-data li fiha jsiru dovuti;
—
jikkundanna lill-EASA għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy