3.3.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 65/29
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-10/12)
2012/C 65/57
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-għoti ta’ allowances ta’ kuljum lir-rikorrenti.
Talbiet tar-rikorrenti
—
jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Mejju 2011 u d-deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tal-ilment tagħha tal-24 ta’ Ottubru 2011 u jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-allowance ta’ kuljum;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy