12.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/33
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-16/12)
2012/C 138/76
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: P. Nelissen Grade u G. Leblanc, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni sabiex tinbidel unilaterlament l-assenjazzjoni tar-rikorrenti.
Talbiet tar-rikorrenti
—
jannulla d-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-1 ta’ Frar 2012 li tassenja lir-rikorrenti fl-unità D5 minflok fl-unità A4;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti ammont ta’ EUR 3 000 bħala kumpens għal danni morali;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy