12.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/35
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2012 — ZZ vs EIGE
(Kawża F-20/12)
2012/C 138/80
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: T. Bontinck u S. Woog, avukati)
Konvenut: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li tittrasferixxi mill-ġdid lir-rikorrenti mill-pożizzjoni ta’ kap tal-operazzjonijiet għal pożizzjoni ta’ kap ta’ tim li ma teħtieġx kompetenzi maniġerjali.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-8 ta’ Settembru 2011 tad-Direttriċi tal-EIGE li tassenja mill-ġdid lir-rikorrenti f’pożizzjoni li ma hijiex relatata mal-maniġment;
—
bħala konsegwenza ta’ dan l-annullament, tordna r-reintegrazzjoni immedjata tar-rikorrenti fil-pożizzjoni preċedenti tagħha u l-ħlas tal-allowance tal-maniġment b’effett retroattiv għall-1 ta’ Ġunju 2010;
—
tikkundanna lill-EIGE għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy