12.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/35
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2012 — ZZ et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-23/12)
2012/C 138/82
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: C. Mourato, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/204/10 li r-rikorrenti ma jiġux ammessi għall-istadju segwenti tal-kompetizzjoni.
Talbiet tar-rikorrenti
—
Jordna lill-konvenuta tipproduċi l-minuti kollha tal-laqgħat tal-kapijiet tal-unità tal-EPSO u l-proċessi verbali kollha tal-laqgħat tal-Bord tal-Għażla rigward il-kompetizzjoni EPSO/AD/204/10;
—
jannulla d-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/204/10 tat-13 ta’ April 2011;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy