23.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/23
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Marzu 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-34/12)
2012/C 184/50
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Salerno, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix ammessa għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-kompetizzjoni EPSO/AD/207/11.
Talbiet tar-rikorrenti
—
jannulla d-deċiżjoni impliċita tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/207/11, tat-3 ta’ Diċembru 2011, li tiċħad it-talba għal eżami mill-ġdid imressqa mir-rikorrenti fit-3 ta’ Awwissu 2011, kontra d-deċiżjoni preċedenti tal-imsemmi Bord tal-Għażla li r-rikorrenti ma tiġix mistiedna għall-fażi taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, li ġiet ikkomunikata lilha permezz ta’ ittra mill-EPSO tas-26 ta’ Lulju 2011;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas EUR 10 000 lir-rikorrenti bħala kumpens għad-dannu morali kkawżat bħala konsegwenza tad-deċiżjoni kkontestata;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy