23.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/23
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2012 — ZZ vs BEI
(Kawża F-36/12)
2012/C 184/51
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: N. Thieltgen, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba tar-rikorrent għal kumpens għad-danni subiti minnha minħabba l-allegata amministrazzjoni skorretta tal-konvenut.
Talbiet tar-rikorrent
—
jikkunanna lill-BEI għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni fiżiċi, morali u materjali tar-rikorrent li jirriżultaw mill-illegalità tal-amministrazzjoni skorretta attribwibbli lill-BEI, b’tali mod li l-kumpens għandu jiżdied bl-interessi moratorji:
—
fir-rigward tal-ksur mill-BEI tad-dmirijiet tagħha ta’ premura u ta’ protezzjoni: EUR 114 100;
—
fir-rigward tal-ksur tal-Artikolu 42 tar-regolament: EUR 10 000;
—
jikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy