12.5.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 138/37
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2012 — ZZ vs FRA
(Kawża F-38/12)
2012/C 138/88
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix imġedded il-kuntratt tar-rikorrenti u tad-deċiżjoni li din tal-aħħar tiġi ttrasferita fi ħdan dipartiment ieħor, kif ukoll talba għall-kumpens tad-danni morali u materjali mġarrba.
Talbiet tar-rikorrenti
—
l-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix imġedded il-kuntratt tar-rikorrenti;
—
l-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti tiġi ttrasferita fi ħdan dipartiment ieħor;
—
il-kumpens għad-dannu materjali mġarrab mir-rikorrenti stmat għal EUR 1 320 fix-xahar minn Settembru 2012, bl-interessi skont ir-rata prinċipali tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’żewġ punti perċentwali;
—
il-kumpens għad-dannu morali mġarrab mir-rikorrenti stmat għal EUR 50 000;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy