23.6.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 184/24
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2012 — ZZ vs EASA
(Kawża F-40/12)
2012/C 184/53
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. G. Schwend, avukat)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrenti u t-talba għall-kumpens għad-danni allegatament subiti minħabba din it-tkeċċija u minħabba l-fastidju allegat.
Talbiet tar-rikorrenti
—
Tannulla d-deċiżjoni ta’ xoljiment tal-kuntratt tal-24 ta’ Mejju 2011, flimkien mal-konsegwenzi finanzjarji kollha li jirriżultaw minnha;
—
tikkundanna lill-EASA tħallas is-somma ta’ EUR 301 559,04 bħala kumpens għad-danni materjali;
—
tikkundanna lill-EASA tħallas is-somma ta’ EUR 50 000,00 bħala kumpens għad-danni morali;
—
tikkundanna lill-EASA tħallas l-ammont ta’ EUR 250,00 kulljum inkluż bejn it-23 ta’ Mejju 2011 u l-jum tan-notifika tad-deċiżjoni li ser tingħata bħala kumpens għad-danni morali minħabba l-fastidju;
—
tikkundanna lill-EASA għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy