28.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 227/37
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2012 — ZZ vs EMA
(Kawża F-47/12)
2012/C 227/62
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini li ma tirrikonoxxix l-invalidità permanenti tar-rikorrent u li ma tagħtihx allowance tal-invalidità.
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, tal-15 ta’ Settembru 2011, li ma tagħtix allowance tal-invalidità lir-rikorrent minħabba l-invalidità permanenti kkunsidrata bħala totali li tpoġġih fl-impossibbiltà li jeżerċita funzjonijiet li jikkorrispondu għal impjieg fil-grupp tal-funzjonijiet u fil-grad tiegħu;
—
sa fejn ikun hemm bżonn, tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tiegħu tas-16 ta’ Jannar 2012;
—
tikkundanna lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy