11.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 243/34
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-60/12)
2012/C 243/59
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: E. Guerrieri Piaceri, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Erwopea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tingħatax sitt punti ta’ promozzjoni għall-proċedura ta’ promozzjoni 2011, reviżjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni u għoti tal-punti neċessarji sabiex tiġi promossa għall-grad AST 2.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni li jevalwa lir-rikorrenti għall-perijodu 1.1.2010 — 31.12.2010 u d-deċiżjoni li tagħti lir-rikorrenti żewġ punti ta’ promozzjoni għall-istess perijodu;
—
bħala konsegwenza tal-annullament, tordna lill-konvenuta twettaq eżami sussegwenti tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti, u tagħti l-punti neċessarji għall-promozzjoni tagħha għall-grad AST 2 b’effett retroattiv mill-1.1.2011;
—
tikkundanna lill-konvenuta tħallas is-somma stmata ex aequo et bono għal EUR 20 000,00 (inklużi l-ispejjeż tal-proċeduri).
Full & Egal Universal Law Academy