4.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 235/17
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2012 — ZZ vs AESA
(Kawża F-62/12)
2012/C 235/36
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li jsir il-kalkolu tal-bonus tad-drittijiet għall-pensjoni miksub qabel id-dħul fis-servizz abbażi ta’ dispożizzjonijiet ġenerali ġodda ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011.
Talbiet tar-rikorrent
—
Tiddikjara illegali l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
tannulla d-deċiżjoni li tiġi applikata t-talba għal trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent il-kriterji msemmija fid-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;
—
tikkundanna lill-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy