13.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 311/16
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2012 — ZZ vs BEI
(Kawża F-63/12)
2012/C 311/21
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Isola, avukat)
Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment
Suġġett
Annullament tal-ittri li permezz tagħhom il-konvenut jirrifjuta li jirrimborsa, wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea li tannulla parzjalment is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, is-EUR 6 000 li r-rikorrent ħallas lill-konvenut bħala spejjeż irkuprabbli wara s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li ddeċidiet fuq l-ispejjeż.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla l-ittri tal-4 u tal-25 ta’ Mejju 2012, inkwantu l-BEI jirrifjuta li jrodd lura lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 6 000 li l-BEI kien irrikjeda bħala spejjeż f’kawża preċedenti quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;
—
jikkundanna lill-BEI sabiex jirrimborsa immedjatament l-imsemmija somma flimkien mal-interessi u t-tpaċija tal-flutwazzjoni monetarja mid-data tal-ħlas magħmul mir-rikorrent sar-rimbors effettiv;
—
jikkundanna lill-konvenut jikkumpensa d-dannu kkawżat lir-rikorrent;
—
jikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy