25.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 258/28
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża F-66/12)
2012/C 258/51
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tiffissa l-ammont tal-kapital trasferibbli tad-drittijiet tal-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz kif ukoll il-kalkolu tan-numru ta’ snin ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa rikonoxxuti għal dan it-trasferiment fis-sistema tal-pensjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Talbiet tar-rikorrent
—
Prinċipalment,
—
l-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta tat-30 ta’ Novembru 2011 li tiffissa l-ammont tal-kapital trasferibbli tad-drittijiet tal-pensjoni miksuba mir-rikorrent man-NATO, kif ukoll il-kalkolu tan-numru ta’ snin ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa rikonoxxuti għal dan it-trasferiment fis-sistema tal-pensjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea;
—
sa fejn ikun meħtieġ, l-annullament tad-deċiżjoni tat-28 ta’ Marzu 2012, li tiċħad espressament l-ilment tar-rikorrent tat-23 ta’ Jannar 2012;
—
f’kull każ,
—
tirrikonoxxi d-dannu morali subit u tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ somma evalwata b’mod provviżorju għal EUR 20 000;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy