25.8.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 258/29
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2012 — ZZ vs SEAE
(Kawża F-70/12)
2012/C 258/53
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, É. Marchal, avukati)
Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 13 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2011.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-15 ta’ Novembru 2011 li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 13 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2011;
—
jikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy