20.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/18
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-77/12)
2012/C 319/32
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: R. Nedin, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-kompetizzjoni EPSO/AD/208/11.
Talbiet tar-rikorrent
—
Annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-ilment tat-18 ta’ Jannar 2012 u tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Ġħażla tal-10 ta’ Mejju 2012, peress li dawn imorru kontra l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ ugwaljanza tal-opportunitajiet, kif ukoll it-tħassir tal-konsegwenzi legali tad-deċiżjonijiet ikkontestati.
Full & Egal Universal Law Academy