20.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/18
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-79/12)
2012/C 319/33
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: J. Duvekot, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jirrevokaw lir-rikorrent mill-funzjonijiet tiegħu u li jnaqqsu l-ammont tal-pensjoni tiegħu wara proċedura dixxipplinari mibdija minħabba ksur tal-Artikolu 11 tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjonijiet tad-29 ta’ Settembru 2011,
—
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy