20.10.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 319/18
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2012 — ZZ vs EIT
(Kawża F-80/12)
2012/C 319/34
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi, A. Blot, avukati)
Konvenuta: Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni li tassejna lir-rikorrent pożizzjoni ta’ xogħol differenti.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni li taħtar lir-rikorrent bħala konsulent li tħabbret lilu fis-16 ta’ Settembru 2011, u kkonfermata mill-verżjoni aġġornata tad-deskrizzjoni ta’ xogħlu li ġiet ikkomunikata lilu fis-6 ta’ Ottubru 2011;
—
f’każ ta’ bżonn, jannulla d-deċiżjoni impliċita li tiċħad l-ilment tar-rikorrent, li ġie ppreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2011;
—
jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy