29.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/34
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2012 — ZZ vs Il-Kunsill
(Kawża F-81/12)
2012/C 295/60
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjonijiet li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 12 fil-proċeduri ta’ promozzjoni 2010 u 2011.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tippromwovix lir-rikorrent għall-grad AD 12 fir-rigward tal-proċedura ta’ promozzjoni 2010;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tippromwovix lir-rikorrent għall-grad AD 12 fir-rigward tal-proċedura ta’ promozzjoni 2011;
—
tannulla, fejn huwa l-każ, id-deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment tat-18 ta’ April 2012 kontra d-deċiżjonijiet li ma jiġix promoss għall-grad AD 12 fir-rigward tal-proċeduri ta’ promozzjoni 2010 u 2011;
—
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy