29.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 295/35
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2012 — ZZ vs Il-Kunsill
(Kawża F-84/12)
2012/C 295/62
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta lir-rikorrent l-aċċess dirett għar-rapport finali tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni ta’ invalidità u l-aċċess għad-dijanjosi tat-tielet tabib ta’ din il-Kummissjoni.
Talbiet tar-rikorrent
—
janunulla d-deċiżjoni, tas-17 ta’ Ottubru 2011, li ċċaħħad lir-rikorrent minn aċċess dirett għar-rapport finali tal-konklużjonijet tal-Kummissjoni ta’ invalidità kif ukoll li jkollu aċċess għad-dijanjosi tat-tielet tabib;
—
jannulla d-deċiżjoni tal-AIPN, tal-24 ta’ Marzu 2012, li tikkostitwixxi risposta għall-ilment imressaq skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal;
—
jikkundanna lill-Kunsill iħallas id-danni u l-interessi moratorji u kumpensatorji bir-rata ta’ 6,75 % għad-danni morali u materjali subiti;
—
jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy