10.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/23
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-93/12)
2012/C 343/39
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix imġedded il-kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt tar-rikorrent.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-1 ta’ Diċembru 2011 tad-Direttriċi tal-OIL li ma jiġix imġedded il-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrent li kien għalhekk skada fil-15 ta’ Jannar 2012;
—
jannulla sa fejn huwa meħtieġ id-deċiżjoni li tikkonferma din id-deċiżjoni li tirriżulta mill-ittra tas-6 ta’ Frar 2012 tad-Direttriċi;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni tħallsu bħala kumpens għad-dannu lill-karriera tiegħu mill-15 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2012 somma li tikkorrispondi għad-differenza bejn ir-remunerazzjoni netta li huwa kien jistħoqqlu fl-OIL u l-allowances tal-qgħad netti li huwa bbenefika minnhom, stmati provviżorjament għal EUR 11 309, u tħallas f’ismu fl-Iskema Komunitarja tal-pensjonijiet il-kontribuzzjonijiet li jikkorrispondu għar-remunerazzjoni li huwa kien imissu bbenefika minnha;
—
jordna t-tiġdid għal żmien indeterminat tal-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrent mal-OIL, b’effett mid-data ta’ skadenza tal-kuntratt ta’ impjieg attwali tiegħu;
—
sussidjarament, jikkundanna lill-Kummissjoni tħallsu, bħala kumpens għad-dannu lill-karriera li jekk le huwa ser iġarrab minn din id-data, id-differenza bejn ir-remunerazzjoni u d-drittijiet għall-pensjoni li huwa kien jikseb li kieku l-kuntratt ta’ impjieg tiegħu mal-OIL kien ġie mġedded għal żmien indeterminat u r-remunerazzjoni jew id-dħul ta’ sostituzzjoni u l-pensjoni li huwa jista’ jibbenefika minnha minn post ieħor;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni tħallsu bħala kumpens għad-dannu morali li rriżulta min-nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt ta’ impjieg tiegħu mal-OIL is-somma ta’ EUR 5 000
—
jikkundanna lill-Kummissjoni tħallsu bħala kumpens għad-dannu morali li rriżulta fir-rigward tiegħu mill-illegalità tar-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu għas-sena 2010 is-somma ta’ EUR 5 000
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy