10.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/23
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-96/12)
2012/C 343/40
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla EPSO/AD/207/11 li tikkonferma d-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva peress li ma jissodisfax ċerti kundizzjonijiet speċifiċi ta’ ammissjoni għall-imsemmija kompetizzjoni u t-talba għad-danni.
Talbiet tar-rikorrent
—
l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla EPSO/AD/206/11 (AD 5) u EPSO/AD/207/11 (AD 7) tal-1 ta’ Ġunju 2012 li tikkonferma d-deċiżjoni tad-9 ta’ Frar 2012 li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni peress li ma jissodisfax ċerti kundizzjonijiet speċifiċi għall-ammissjoni;
—
kif meħtieġ, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla EPSO/AD/206/11 (AD 5) u EPSO/AD/207/11 (AD 7) tad-9 ta’ Frar 2012;
—
l-għoti lir-rikorrent tas-somma ffissata ex aequo et bono u provviżorjament għal EUR 3 000, għad-danni morali mġarrba;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy