17.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 355/39
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-97/12)
2012/C 355/85
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u S. Orlandi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ma tirreklutax lir-rikorrent wara r-riżultat pożittiv tiegħu fil-kompetizzjoni EPSO/AD/177/10-EPA u talba għad-danni.
Talbiet tar-rikorrent
—
Jannulla d-deċiżjoni tal-AIPN tal-11 ta’ Novembru 2011 li tirrifjuta li tilqa’ t-talba tad-Direttorat Ġenerali tal-Politika Reġjonali tal-Kummissjoni Ewropea li li tirrekluta lir-rikorrent billi taħtru u tassenjah bħala uffiċjal fil-pożizzjoni vakanti COM/2011/218;
—
jannulla d-deċiżjoni tal-AIPN tal-5 ta’ Ġunju 2012 li tiċħad parzjalment l-ilment kontra d-deċiżjoni tal-AIPN tal-11 ta’ Novembru 2011 li tirrifjuta li tilqa’ t-talba tad-Direttorat Ġenerali tal-Politika Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea li tirrekluta r-rikorrent bħala uffiċjal;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tikkostitwixxi mill-ġdid il-karriera tar-rikorrent.
—
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas ta’ EUR 14 911,07, minbarra l-ħlas tal-kontribuzzjonijiet għall-iskema ta’ pensjoni mix-xahar ta’ Ottubru 2011,
—
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas ta’ EUR 2 500 għad-dannu materjali u morali kkawżat, bla ħsara għal possibbiltà li din is-somma tiżdied jew titnaqqas matul l-iżvolġiment tal-istanza, dawn is-somom għandhom jiżdiedu bl-interessi għad-dewmien, ikkalkolati mid-data ta’ skadenza tas-somom dovuti, bir-rata ffissata mill-BĊE għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, miżjuda b’żewġ punti;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy