10.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/24
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2012 — ZZ vs Il-Kumitat tar-Reġjuni
(Kawża F-99/12)
2012/C 343/42
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi, A. Blot, avukati)
Konvenut: Il-Kumitat tar-Reġjuni
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża sabiex il-kalkolu tad-drittijiet tal-pensjoni tagħha ma ssirx skont id-DĠI l-ġodda.
Talbiet tar-rikorrenti
—
Prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti tat-13 ta’ Lulju 2011, hekk kif kienet ġiet ikkompletata fis-16 ta’ Awwissu 2011;
—
sa fejn hemm bżonn, tannulla d-deċiżjoni tat-8 ta’ Ġunju 2012 li tiċħad espressament l-ilment tar-rikorrenti tal-10 ta’ Frar 2012;
—
sussidjarjament, tirrikonoxxi d-dannu morali subit u tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 20 000;
—
tikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy