26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/70
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2012 — ZZ vs Europol
(Kawża F-104/12)
2013/C 26/142
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: W. J. Dammingh u N. D. Dane, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol, meħuda sabiex teżegwixxi s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Ġunju 2010 fil-Kawża Hanschmann vs Europol, F-27/09, li permezz tagħha l-Europol ta lir-rikorrenti somma f’daqqa sabiex tikkompensa għad-dannu li ġie kkawżat lir-rikorrenti bid-deċiżjoni li s-sentenza msemmija annullat.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2011 li permezz tagħha l-konvenut jagħti lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 13 000 bħala kumpens għad-danni li hija soffriet u bħala implementazzjoni sħiħa ta’ sentenza preċedenti tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, kif ukoll id-deċiżjoni tad-29 ta’ Ġunju 2012 li permezz tagħha l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2011 ġie miċħud;
—
tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż, li jinkludu s-salarju tar-rappreżentant.
Full & Egal Universal Law Academy