26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/70
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2012 — ZZ vs Europol
(Kawża F-105/12)
2013/C 26/143
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: W. J. Dammingh u N. D. Dane, avukati)
Konvenuta: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Europol, adottata bl-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Ġunju 2010 fil-kawża Knöll vs Europol, F-44/09, li permezz tagħha Europol ħallas lir-rikorrent somma f’daqqa intiża li tikkumpensah għad-danni kkawżati lilu mill-imsemmija sentenza annullata.
Talbiet tar-rikorrenti
—
jannulla d-Deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2011 li permezz tagħha l-konvenut alloka lir-rikorrent somma ta’ EUR 20 000 bħala kumpens għad-danni subiti minnu u mill-implementazzjoni sħiħa ta’ sentenza preċedenti tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, kif ukoll id-deċiżjoni tad-29 ta’ Ġunju 2012 li permezz tagħha l-ilment ippreżentat mir-rikorrent kontra d-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2011 kien ġie miċħud;
—
tikkundanna lil Europol għall-ispejjeż, inkluż is-salarju tar-rappreżentant.
Full & Egal Universal Law Academy