24.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 366/41
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2012 — ZZ vs BEI
(Kawża F-107/12)
2012/C 366/83
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-BEI li ma jikkalkolax is-snin ta’ servizz għall-pensjoni miżjuda tar-rikorrenti.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tat-talba tar-rikorrent tal-10 ta’ Lulju 2011 intiża sabiex il-Bank Ewropew tal-Investiment jikkalkola s-snin ta’ servizz għall-pensjoni miżjuda tiegħu u, barra minn hekk, sabiex iħallas l-ammont korrispondenti għal din iż-żieda;
—
jikkundanna lill-Bank Ewropew tal-Investiment jakkredita lir-rikorrenti żieda tas-snin ta’ servizz għall-pensjoni tiegħu ekwivalenti għal sitt snin u xahar ta’ assigurazzjoni addizzjonali;
—
jikkundanna lill-Bank Ewropew tal-Investiment iħallas is-somma stabbilita ex aequo et bono provviżorjament għal EUR 5 000, għad-danni morali subiti;
—
jikkundanna lill-Bank Ewropew tal-Investiment għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy