8.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 379/34
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ottubru 2012 — ZZ vs EMA
(Kawża F-110/12)
2012/C 379/57
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u D. Abreu Caldas, avukati)
Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba tar-rikorrent intiża għal klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal awżiljarju f’membru tal-persunal temporanju.
Talbiet tar-rikorrent
—
Tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda magħmula mill-awtorità awtorizzata sabiex tikkonkludi l-kuntratti fil-21 ta’ Novembru 2001 1 fuq it-talba tar-rikorrent intiża għall-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-persunal awżiljarju f’membru tal-persunal temporanju.
—
tikkundanna lill-EMA għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy