8.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 379/35
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-111/12)
2012/C 379/58
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi, A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-konklużjonijiet tal-Kumitat Mediku li ddeċieda dwar ir-rata ta’ invalidità tar-rikorrent u dwar il-fatt li l-marda tiegħu hija kkaġunata mix-xogħol.
Talbiet tar-rikorrent
—
Jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2011 li taċċetta l-konklużjonijiet tal-Kumitat Mediku tal-25 ta’ Awwissu 2011 u nnotifikata lir-rikorrent fit-28 ta’ Novembru 2011;
—
sa fejn huwa neċessarju, jannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tar-rikorrent tat-22 ta’ Ġunju 2012;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent l-ammont iffissat ex aequo et bono u b’mod provviżorju għal EUR 100 000, għad-dannu morali mġarrab;
—
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy