26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/71
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-113/12)
2013/C 26/144
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi, A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ riserva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/204/10.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni tal-20 ta’ Jannar 2012 li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ riserva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/204/10;
—
jannulla d-deċiżjoni tas-6 ta’ Lulju 2012 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;
—
jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.
Full & Egal Universal Law Academy