8.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 379/36
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2012 — ZZ vs Europol
(Kawża F-119/12)
2012/C 379/61
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: J.-J. Ghosez, avukat)
Konvenut: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent għal żmien determinat u l-kundanna tal-Europol għall-ħlas tad-differenza bejn ir-remunerazzjoni li għaliha r-rikorrent seta’ jkun intitolat li jirċievi li kieku baqa’ jaħdem mal-Europol u kull allowance oħra li huwa effettivament irċieva mill-1 ta’ Ġunju 2012.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni meħuda mill-konvenut fit-3 ta’ April 2012 li permezz tagħha l-konvenut informa lir-rikorrent li huwa ma huwiex ser iġġedded il-kuntratt tiegħu għal żmien determinat li jiskadi fil-31 ta’ Mejju 2012;
—
jikkundanna lill-konvenut iħallas lir-rikorrent id-differenza bejn, minn naħa, l-ammont tar-remunerazzjoni li seta’ jkun intitolat għalih li kieku baqa’ jaħdem fi ħdanu u, min-naħa l-oħra, l-ammont tar-remunerazzjoni, ta’ onorarji, ta’ allowances tal-qgħad jew ta’ kwalunkwe allowance oħra sostituttiva li huwa effettivament irċieva mill-1 ta’ Ġunju 2012 minflok ir-remunerazzjoni li huwa rċieva bħala aġent temporanju;
—
jikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy