26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/72
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2012 — ZZ vs Il-Kunsill
(Kawża F-122/12)
2013/C 26/147
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: J. Lecuyer, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tkeċċi lir-rikorrent u l-kumpens għad-dannu materjali u morali tiegħu.
Talbiet tar-rikorrent
—
jannulla d-deċiżjoni meħuda mill-Kunsill li jitkeċċa r-rikorrent u, sa fejn meħtieġ, l-annullament taċ-ċaħda tal-ilment tiegħu kontra din id-deċiżjoni;
—
jikkundanna lill-Kunsill iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 160 181,85 b’mod provviżorju bħala kumpens għad-danni materjali tiegħu;
—
jikkundanna lill-Kunsill iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 25 000 bħala kumpens għad-dannu morali tiegħu;
—
jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy