15.12.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/9
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-123/12)
2012/C 389/14
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrenti sabiex il-kuntratt tagħha ta’ membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt jiġi klassifikat mill-ġdid bħala kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-4 ta’ Jannar 2012 tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ li tiċħad it-talba tar-rikorrenti sabiex il-kuntratt tagħha ta’ membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt jiġi kklassifikat mill-ġdid bħala kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat;
—
sa fejn huwa meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni taċ-ċaħda tat-talba tagħha tat-12 ta’ Lulju 2012;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy