26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/73
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2012 — ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-129/12)
2013/C 26/151
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: L. Levi, C. Bernard-Glanz, A. Tymen, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrenti u tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba għal assistenza tagħha intiża għar-rikonoxximent ta’ fastidju psikoloġiku kif ukoll talba għad-danni.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;
—
tannulla d-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrenti tad-19 ta’ Jannar 2012;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-20 ta’ Marzu 2012, li tiċħad it-talba għal assistenza tar-rikorrenti tat-22 ta’ Diċembru 2011;
—
fejn ikun hemm bżonn, tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, tal-20 ta’ Lulju 2012, irċevuta fl-24 ta’ Lulju 2012, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tat-30 ta’ Marzu 2012 kontra d-deċiżjoni tat-tkeċċija tagħha;
—
fejn ikun hemm bżonn, tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, tat-8 ta’ Ottubru 2012, irċevuta fil-11 ta’ Ottubru 2012, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tat-22 ta’ Ġunju 2012 imressaq kontra d-deċiżjoni li tiċħad it-talba għal assistenza tagħha;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ EUR 120 000 bħala danni;
—
tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż kollha.
Full & Egal Universal Law Academy